Jeremy Cachia
Craftsperson
A self-employed part-time craftsperson producing and selling craft products not as his/her main occupation;
File Reference
C 1597
Company
Jeremy Cachia
Address
Triq il-Karmnu
Iż-Żurrieq
ZRQ1917
Telephone
21680120
Mobile
79253906
Bio
L-ewwel formazzjoni artistika tiegħi bdiet taħt l-għalliem Paul Buhagiar fil-Liċeo Mikiel Anton Vassalli ta` Ħal Qormi. F`dawk iż-żminijiet, jien kont nattendi wkoll għal-lezzjonijiet tal-Arti taħt l-artista Anna Spiteri fil-Mosta. Bejn l-1994 u l-2000 komplejt nistudja fl-iskola tal-Arti ta` Malta ġewwa l-Belt. Hawnhekk studjajt il-figura umana u l-pittura għand l-artist Joseph Mark Micallef. Wara komplejt nistħarreġ l-iskultura fl-injam u fil-ġebla għand l-iskultur Carmelo Camilleri. Fis-snin tal-1996 u tal-1997 kont ġejt l-ewwel post fil-kors tal-Wood and Stone Sculpture fl-iskola tal-Arti stess. Bejn l-2002 u l-2006, jien studjajt l-Arkitettura Barokka fl-Universita` ta’ Malta fejn gradwajt fil-kors tad-Diploma in Baroque Architecture. Hawnhekk studjajt l-Arti Barokka fl-ispektrum kollha tagħha taħt diversi professuri tal-Arti. Dawn jinkludu l-pittura, l-iskultura, l-arkitettura, ġonna barokki, l-Istorja tal-Arti u t-teknika fir-restawr tal-bini fost l-oħrajn. Illum naħdem Draughtsman fid-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni fil-Ministeru tal-Kultura, Artijiet u Gvern Lokali.
Fil-ħin liberu tiegħi, jien niddisinja u npitter diversi opri dekorattivi għall-festi u fil-knejjes Maltin.